“Awguri Fl-Anniversarju Tagħna, Ninsab Ħerqan Biex Nikteb Elf Diska Oħra Għalik” – Il-Kantant Lokali Shaun Farrugia

Il-kantant lokali Shaun Farrugia, illum qed jiċċelebra s-sitt anniversarju tiegħu mal-imħabba ta’ ħajtu, li ftit xhur oħra se ssir martu. Iddedikalha messaġġ mill-qalb fuq il-paġna tiegħu.

Hu kitbilha, “Mill-affarijiet kollha li qatt għamilt f’ħajti, ninsab ferħan li sirt inħobb tifla sabiħa, u li nzertat mill-istess raħal!! Sitt snin inkredibbli miegħek. Insibek hawn għalija, u int il-ħabiba tal-qalb tiegħi, u f’biss ftit ‘il fuq minn sena, se ssir MARTI. Awguri fl-anniversarju tagħna, ninsab ħerqan biex nikteb elf diska oħra għalik.”



Nawgurawlhom mill-qalb f’din l-okkażjoni speċjali u ninsabu eċitati biex narawhom jgħidu ‘iva’ lil xulxin bħala koppja miżżewġa. Nisperaw li jkollhom ġurnata mill-isbaħ u nawgurawlhom għal diversi iktar snin ta’ mħabba u hena!





Ritratti:

Facebook / Shaun Farrugia

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI