Persuna Minn Kull Għoxrin Għandha L-AIDS Jew Hija HIV Positive Ġo T-Tanżanija!

Din il-kundizzjoni għadha ġġib stigma u persuni infettati ftit li xejn isibu min jgħinhom. Meta l-ġenituri jmutu bl-AIDS minħabba nuqqas ta’ kura, iħallu lil uliedhom warajhom, li ħafna drabi jispiċċaw waħedhom.

Alex u martu Cartias imexxu orfanatrofju fejn jilqgħu 51 tifel u tifla, kollha orfni u affetwati bl-HIV. Il-koppja ħasset li għandha tagħti lil dawn it-tfal post li setgħu jsejħulu dar, fejn iħossuhom maħbubin, komdi u siguri. Fl-istess ħin intuhom ċans jgħixu, u ċans għall-edukazzjoni u futur sabiħ. Meta Caritas u Alex xtaqu jiftħu dan l-orfanatrofju, kellmu lit-tliet uliedhom dwar din il-ħolma.

“Għedtilhom, bħalma intom tgħiduli mamà, dawn it-tfal se jgħiduli mamà wkoll, se ngħannaqhom kif ngħannaq lilkom. X’taħsbu? Qaluli, “Iva mamà ok.” Se naqsam magħhom l-imħabba ta’ omm, għalikom ok u qaluli iva,” tgħid Caritas.





Ftit jiem wara bdew jilqgħu t-tfal f’dan l-orfanatrofju. Uħud mit-tfal jibagħtuhom dritt mill-isptar. Ġieli meta l-qraba jinduna li l-omm mietet bl-AIDS u jindunaw li t-tarbija hija HIV Positive wkoll, iħalluha l-isptar. L-iżgħar tifel li għandhom fl-orfanatrofju ma kienx jimxi, kompletament abbandunawh, lanqas biss riedu jmissuh. Immaġina, tant kien ma jiflaħx li lanqas kien jista’ jimxi. L-aktar ħaġa diffiċli huwa meta l-marda taħkimhom, tarahom muġugħa u ma tista’ tagħmel xejn. Dik l-aktar ħaġa li tkisser lil din il-koppaj. Ħafna minnhom jeħduhom għadhom żgħar, jibdew jibku għax muġugħa u ma jkunu jistgħu jagħmlulhom xejn. Imma l-aktar ħaġa li tagħti gost lil Caritas, hija meta tarahom qed jirnexxu u jinsabu kuntenti.

“Jien u marti nafu li nagħmlu kemm nagħmlu m’aħniex eterni u m’aħniex se nkunu hawn għal dejjem. Lil dawn it-tfal inħobbuhom u għalhekk irridu li dan l-orfanatrofju jkompli anke meta aħna ma nkunux hawn. Għalhekk, qed naħdmu biex ngħadduh lill-kongregazzjoni tas-sorijiet u hekk ikun jista’ jkompli. Għalhekk, qed naħdmu ħafna biex inżidu anke d-dħul. Nixtiequ nibnu razzett biex l-ewwel nett ikollna aktar ikel għat-tfal. L-ikel żejjed inbiegħuh u nistgħu nużawh, u biex ngħallmu lilhom u lin-nies tal-madwar kif jieħdu ħsieb l-annimali, u b’hekk ikunu jistgħu jaqilgħu l-flus u anke jkollhom l-ikel,” jgħid Alex.

Bid-donazzjoni tiegħek int tista’ tgħin lil dawn it-tfal ikollhom futur u jirnexxu. Missio jaċċerta ruħu li tfal f’sitwazzjonijiet simili mxerrda mad-dinja kollha taslilhom l-għajnuna meħtieġa sabiex ikunu jistgħu jgħixu ħajjithom fis-sigur u b’dinjità.

Matul ix-Xahar Dinji Missjunarju kif ukoll fil-Jum Dinji Missjunarju, li din is-sena se jaħbat nhar il-Ħadd 22 t’Ottubru, bit-tema: ‘Qlub Imkebbsa, Saqajn Mexjin’ (Lq.24:13-35), nitolbu b’mod speċjali għall-Knisja batuta fil-missjoni u għall-missjunarji kollha. Il-kura tal-Papa għall-knejjes kollha hija espressa permezz tat-talb u tas-solidarjetà inkoraġġuti minn Missio. Permezz tal-Kattoliċi Maltin u Għawdxin, Missio jippermetti li knejjes f’djoċesijiet missjunarji jilħqu l-komunitajiet tagħhom bl-imħabba u l-kompassjoni ta’ Ġesù Kristu. Ejjew ilkoll ningħaqdu flimkien biex nuru solidarjetà ma’ dawn ħutna anqas ixxurtjati minna li jgħixu f’pajjiżi tat-Tielet Dinja. Kull talba u kull donazzjoni huma apprezzati, żgħar kemm huma żgħar. Aktar tagħrif jinsab f’din ir-rivista jew żur www.missio.org.mt jew ċempel 2123 6962.

Grazzi mill-qalb.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI