“Pressjoni Baxxa Fuq Il-Baħar Ionju Ser Iġġib Instabbilità Viċin Tagħna.” – Il-Paġna Aġġornament Tat-Temp Dwar Jekk Hux Se Jilħaqna L-Maltemp

Kien hawn diversi rapporti jindikaw li fi tmiem il-ġimgħa għandu jkollna l-maltemp. Inkluż rapport li ħareġ fuq is-sit tagħna lbierah stess. Iżda l-paġna Aġġornament tat-Temp tagħti l-previżjoni tagħha u ssaqsi, "Ġej xi Maltemp għada Sibt?"

Huma jiktbu, 'Firxa ta' pressjoni baxxa fuq il-baħar Ionju ser iġġib instabbilità viċin tagħna. Jidher ċar li ċ-ċentru ser ikun ferm 'il bogħod minna għalhekk huwa eskluż li jkollna maltempata. Jaf ikollna xi ftit xita filgħodu imma xejn aktar ta' importanza minn din il-pressjoni baxxa."



Huma jiktbu, "Temp illum il-Ġimgħa: xemxi b'riħ Majjistral forza 4, temperatura l-ogħla tmiss 27°C u bl-inqas 20°C. Is-Sibt ftit imsaħħab li jissaħħab ħafna kultant filgħodu bil-possibilità ta' xi xita (50%). Li jsir ftit imsaħħab wara nofsinhar u b'riħ forza 4 Grigal it-Tramuntana. Temperatura l-ogħla tmiss 27°C. Il-Ħadd ftit imsaħħab b'riħ varju u b'temperatura mistennija titla' 27°C."

Huma jtemmu jgħidu, "Ebda xita mhi prevista il-ġimgħa dieħla aktar dettalji jingħataw għada. Firxa wiesgħa ta' pressjoni għolja ser tiddomina l-Mediterran, is-sajf għadu magħna."

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI