Protesta Fl-Imsida Favur Il-Palestina Nhar Is-Sibt Li Ġej

Filwaqt li t-tensjonijiet bejn il-Palestina u l-Iżrael qed jissoktaw jiżdiedu, jidher li nhar is-Sibt li ġej mistennija sseħħ protesta fl-Imsida sabiex tappoġja d-drittijiet tal-Palestinjani.

“Aktar minn 270,000 ruħ sabu rwieħhom mingħajr provvista tal-ilma, mingħajr elettriku u saħansitra neqsin mill-ikel u x-xorb,” sostnew fuq il-paġna ta’ Facebook The Arabic Culture Information Society, l-organiżazzjoni li qed torganiżża din il-protesta.

Huma żiedu jgħidu li huwa meħtieġ li lkoll insemmgħu leħinnha hekk kif inkella se jintilfu bosta ħajjiet innoċenti.

X’taħsbu dwar dan?







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI