Pulizija Jsalva Qattus Ċkejken Minn Ġo Magna Ta' Karozza

F'ritratt li ttella' fuq il-paġna ta' Facebook, Animal Guardians Malta ġie żvelat kif uffiċjal tal-Pulizija salva qattus li kien maqbud ġo magna ta' karozza biex imbgħad ħadu għand din l-entitá li kienet qed tagħmel appell biex dan il-qattus tinstablu dar.

Il-każ ġara tul il-jum tas-Sibt iżda f'aġġornament li għamlet l-istess paġna tul il-Jum tal-Ħadd, jidher li potenzjalment dan il-qattus ċkejken instabitlu dar li tista' toffrilu l-kenn u l-imħabba li tixraqlu. Hu mifhum li tul il-lejl, ħafna qtates abbandunati ifittxu l-kenn tal-magni tal-karozzi biex jisħnu ftit mill-kesħa li jkun hemm barra. Eventwalment, hekk kif il-karozza tinxtgħal dan jista' jkun ta' periklu kbir għall-qtates tant li sfortunatament huma bosta li jitilfu ħajjithom minħabba dan. 

L-entitá li għamlet l-appell biex tinstab dar għal dan il-qattus ċkejken taħdem ħafna favur il-benesseri tal-annimali u tipromovi wkoll l-assistenza terapewtika tal-annimali għalina l-bnedmin.

Jista' jkun li għal ħafna dan hu każ żgħir li ma jfisser xejn, iżda għal dak il-qattus ċkejken, dak il-Pulizija żgur li hu l-eroj tal-ġurnata!

Animal Guardians Malta

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI