"Qassamt 200 Xirja F'Boroż Jew Kaxex Kbar. Nixtieq Kieku Kumpaniji Oħra Jagħmlu Bħalkom…" – Angele Camilleri Tferraħ Tant U Tant Nies!

Ftit tal-jiem ilu ħabbarna kemm ħa tferraħ nies Angele grazzi għal Best Deal Properties u għamilna wkoll avviż biex dawk li forsi jinsabu fil-bżonn, jistgħu jagħmlu kuntatt magħha ħalli tkompli tgħin u tferraħ lin-nies.

Ilbieraħ, Angele tellgħat post fuq Facebook fejn kitbet, “Kollox jiġi fit-tmiem. Ferraħna ħafna nies speċjalment lit-tfal. Grazzi Best Deal Properties dan kollu bis-saħħa tagħkom. Qassamt 200 xirja f’boroż jew kaxex kbar. Nixtieq kieku kumpaniji oħra jagħmlu bhalkom. Żgur marru għal kawżi ġusti.”

Prosit Angele u prosit ukoll lil din il-kumpanija. Tkun idea tajba li kumpaniji oħra jagħmlu hekk ukoll!





Facebook / Angele Camilleri



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI