“Qatt Ma Ħsibt Li Se Niġi Infettat Bil-Covid 19, Imma Kont U Ħadli Is-Saħħa Kollha Tiegħi” – JJoy

Id-DJ popolari JJoy qasam l-esperjenza tiegħu mal-virus tal-Covid-19 fuq il-midja soċjali xi jiem ilu. Hu kiteb,”Qatt ma ħsibt li se niġi infettat bil-Covid-19, imma kelli u ħadli s-saħħa kollha tiegħi. Dawn l-aħħar ġimagħtejn kienu ħolma kerha, imma b’xorti tajba qed nerġa’ nħossni jien innifsi u qed inħares ’il quddiem biex nerġa’ lura għall-ħajja normali b’sens ta’ skop imġedded.”

JJoy kompla jgħid, “Se nibda billi naqsam din il-post biex inħeġġeġ lin-nies jerġgħu jirdoppjaw l-isforzi tagħhom biex ma jaqbdux il-virus, speċjalment matul l-istaġun tal-festi. Kun ferħana imma oqogħdu attenti.”

Lejn l-aħar tal-messaġġ huwa qal, “Nixtieq nirringrazzja wkoll lin-nies li ħadu ħsiebi; marti magħrufa wkoll bħala The Sexy Nurse li mingħandha ħadt il-virus u żammitni bħala l-pazjent tagħha, il-familja tiegħi, l-istaff tiegħi, il-ħbieb tiegħi u l-awtoritajiet tas-saħħa li għamlu biċċa xogħol tajba ta’ monitoraġġ tal-progress tiegħi kuljum.”

Għalaq il-messaġġ bil-kliem, “Ġibu il-vaċċin ħalli nerġgħu mmorru lura għan-normalità.”







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI