Angele Camilleri, l-kunsilliera inkarigata mill-qasam soċjali u s-saħħa f’Ħaż- Żabbar, għamlet appell fuq Facebook dwar familja b’żewġt itfal (ta’ 10 u xahrejn) li sfortunatament spiċċaw bla xogħol u kważi bla flus b’konsegwenza tal-pandemija.
“Bid-dmugħ f’għajnejja qed niktiblek emminni,” bdiet l-omm. “Ir-raġel self-employed bit-taxi u bħalissa qas lira mġiddma mhu qed jaqla’ ħlief it-€800 tal-gvern, għandi kera ta’ €700 fix-xahar. Ok, nieħdu s-sussidju imma kont tad-dawl jiġi u xirja rrid nagħmilha.”
Il-mara kompliet tgħid: “Għandi tifel ta’ 10 snin u tarbija ta’ xahrejn, ma kontx naf li ħa nispiċċa hekk kif ġabitna l-Covid. Jien ma nistax naħdem, għadni nrabbi, tista’ tgħini b’xi ħrieqi u affarijiet ta’ kuljum please?”
“Issa biex tgħaxxaq ġie kont ta’ €450 tad-dawl, u tal-kera qas jaċċetta ma ntihomlux mal-kirja. Emminni qed inħoss li ħa taqbadni depression, tfal ma tistax ma titmagħhomx għax ma jifmukx.”
Kull min jixtieq jgħin lil din il-familja jista’ jibgħat messaġġ lil Angele Camilleri billi jagħfas HAWNHEKK.
Facebook/Her View From Home/Angele Camilleri