Il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta qed javżaw lill-pubbliku li għandek id-dritt li tikseb informazzjoni dwar kundanni preċedenti jekk tinsab imħasseb dwar il-passat tas-sieħeb/sieħba tiegħek.
“Qed tinkwieta fuq il-passat tas-sieħeb/sieħba tiegħek? Jekk tħossok f’riskju, għandek id-dritt li tkun taf,” huma kitbu f’post fuq Facebook. “Il-Formola Għal-Prevenzjoni tal-Vjolenza Domestika jippermettilek titlob informazzjoni dwar kwalunkwe kundanni preċedenti li jista’ jkollu s-sieħeb/sieħba tiegħek għal vjolenza domestika.”
“M’intix waħdek. Sib l-għajnuna u ħu l-kontroll tas-sigurtà tiegħek.”
L-aċċess tal-formola tista’ ssibu hawn.
Facebook/The Malta Police Force