Kien għall-ħabta tas-2.30pm li l-pulizija kienu pronti intervjenew fi Triq is-Sajjied ġewwa Marsalforn fost rapporti li raġel seta' kien qed jikkontempla li jweġġa' lilu nnifsu, skont tagħrif miksub mis-sit Talk.mt.
Dan wara li huwa bagħat xi ritratti allarmanti lill-qariba tiegħu li viżibilment taw x'jifhmu li r-raġel seta' jagħmel ħsara lilu nnifsu.
Assistiti minn tim mediku, il-pulizija intervjenew fil-post u bdew jinnegozjaw mar-raġel sabiex joħroġ minn daru bil-kalma. B'xorti tajba, l-pulizija rnexxilhom jidħlu fir-residenza tar-raġel u jaħtfu l-arma minn idejh, liema arma rriżulta li kienet falza.
Investigazzjonijiet li seħħu ndikaw li r-raġel bagħat dawn ir-ritratti sabiex "ibeżża' ftit" lill-qariba tiegħu. Fuq nota pożittiva, jidher li ħadd ma ndarab b'rabta ma' dan il-każ.