Ramla Bay Resort B’Offerta Speċjali Ta’ €35 Għall-Għawdxin Milquta Mit-Temp Ħażin

Ir-Ramla Bay Resort ħabbru offerta speċjali mmirata lejn il-Għawdxin li, minħabba t-temp ħażin u l-possibbiltà ta’ kanċellazzjonijiet tal-vapur, jistgħu jsibu ruħhom fejn ma jistgħux jirritornaw lura Għawdex.

Skont stqarrija li ppubblika r-resort, qed tiġi offruta rata speċjali ta’ €35 għal lejl, li tinkludi kolazzjon u ikla ħafifa filgħaxija, sabiex dawk affettwati jkollhom fejn joqogħdu b’mod sigur u komdu sakemm it-temp jikkalma.

Il-bookings jistgħu jsiru billi wieħed iċempel fuq +356 2281 2281 jew jibgħat email fuq sales@ramlabayresort.com. “Nittamaw li din l-offerta tgħin lil dawk affettwati mit-temp jibqgħu sħan, siguri u komdi matul dan iż-żmien,” qal ir-resort fil-messaġġ tiegħu, filwaqt li appella lil kulħadd biex jieħu ħsieb is-sigurtà personali.







Ritratti:

Facebook / Ramla Bay Resort-Malta

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI