Rekord Nazzjonali Ġdid – L-Ikbar Bużżieqa Magħmula Minn Slime, Imwettqa Mill-Ikbar Numru Ta' Tfal

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, The Malta Records qasmu mas-segwaċi tagħhom ftit informazjoni rigward nazzjonali ġdid fil-gżejjer Maltin li ġie ppreżentat riċenti.

Huma bdew billi qalu, “The Malta Records għadha kif ippreżentat rekord nazzjonali ġdid fil-gżejjer Maltin.  L-ikbar bużżieqa magħmula minn slime, imwettqa mill-ikbar numru ta’ tfal. Il-bużżieqa tkejjel 7 metri u 56 ċentimetru (7.56m) u ġiet magħmula minn total ta’ 74 tifel u tifla.”

Komplew billi żiedu jgħidu, “Dan ir-rekord sar minn Gootopia ġewwa Shoreline Shopping Mall, Smart City.  Id-donazzjonijiet miġbura mill-applikazzjonijiet se jmorru għal Puttinu Cares.”

Mit-tim ta’ Gwida.mt ngħidlulkom prosit mill-qalb!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI