Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, The Malta Records qasmu mas-segwaċi tagħhom filmat ta’ Lian Atkis, tifel ta’ sitt snin u nofs li għandu intelliġenza rari.
Huma qalu, “The Malta Records, il-Ġimgħa konna mistiedna f'residenza privata sabiex nivverifikaw u nippreżentaw rekord nazzjonali lil tifel ta' intelliġenza rari. L-iżgħar tifel li kapaċi jgħid il-kuluri tal-bnadar tal-pajjiżi fl-iqsar ħin, bl-ismijiet tal-pajjiżi ikunu magħżula f'ordni mgerfxa.”
Żiedu jgħidu, “Dan ir-rekord nazzjonali ġdid ġie mwaqqaf minn Lias Atkins ta' 6 snin u nofs minn Birżebbuġa li qata' 30 bandiera f'ħin ta' 3 minuti u 18-il sekonda (3:18). Emmnuna qabadna l-bard x'ħin bdejna nisimgħu lil Lias jgħid il-kuluri tal-bnadar minn moħħu, b'ħeffa liema bħalha. The Malta Records nirringrazzjaw lill-familja ta' Lias li laqgħuna f'darhom b'idejhom miftuħin. Qed naqsmu magħkom dan il-vidjo ħelu li tellgħet omm Lias fuq il-mezzi soċjali.”