Rigal Tassew Sabiħ F'Għeluq Snin Omm Il-Kantanta Li Saħħret Lil Malta!

Kif tista’ qatt tinsa lil Yulan Law, studenta ta’ 10 snin li saħħret lil kulħadd b’kanzunetta ta’ Demi Lovato. Yulan mhux talli saħħret lill-Maltin bil-vuċi stupenda u eċċezzjonali tagħha, iżda rnexxielha tiġbed is-simpatija globali hekk kif illum il-prestazzjoni tagħha ġiet ippublikata fuq ‘Got Talent Global’.

Din hija paġna globali tal-franchise ‘Got Talent’ fejn tiġbor materjal stupend minn madwar id=dinja. Kif tista’ tħalli vuċi inkredibbli bħal dik ta’ Yulan Law! Mhux talli hekk talli b’kumbinazzjoni illum jaħbat għeluq snin ommha. Ommha kienet ser iittir bil-ferħ b’dan ir-rigal tant speċjali. J’Alla d-dinja kollha tapprezza li f’Malta għandna talent mill-aqwa!

Awguri Abigail f’għeluq sninek! Viva Yulan! Viva Malta! Ara l-filmat HAWN







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI