Ritratt Mill-Passat: “Tfal Libsin Il-Libsa Tal-Preċett, Mixjin Lejn Il-Knisja Mas-Soru Biex Jirċievu Dan Is-Sagrament.” – DOI

praċett mill-antik

F’dan iż-żmien tas-sena, bosta familji madwar Malta u Għawdex qed jiċċelebraw wieħed mill-aktar mumenti importanti fil-ħajja tat-tfal tagħhom, is-sagrament tal-Ewwel Tqarbina.

U proprju għal din l-okkażjoni, il-paġna tal-Dipartiment tal-Informazzjoni tħares lura lejn ritratti antiki bħal dan, li jġib miegħu sens qawwi ta’ nostalġija.

Ir-ritratt juri grupp ta’ tfal libsin il-libsa tradizzjonali tal-preċett, mexjin flimkien mas-soru lejn il-knisja sabiex jirċievu dan is-sagrament importanti.

Minkejja kemm inbidlu ż-żminijiet, it-tradizzjoni tal-Ewwel Tqarbina għadha sal-lum waħda mill-aktar okkażjonijiet għeżież fil-kalendarju reliġjuż u familjari Malti.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI