"S'Issa Ġbidna Ftit Iktar Minn Nofsu!" – It-Tim Ta' Klassi Għalina Dwar Film Ġdid Li Qed Jagħmlu

It-tim ta’ Klassi Għalina bħalissa għaddej bil-ħidma sabiex joħroġ b’film ġdid wara li ftit xhur ilu ħabbar li kienu se joħorġu wkoll serje ġdida.

“S’issa lestejna 60% tax-xogħol li hemm involut biex naħdmu dan il-film,” saħqu l-imħuh wara din il-klassi komika li tant hija magħrufa u maħbuba mill-Maltin. Tħabbar ukoll li l-film se jkun qed jingħata l-isem ‘Klassi Għalina: Missjoni Possibbli’.

Bħax-xogħolijiet l-oħrajn ta’ Klassi Għalina, jidher li dan il-film se jkun qed jaspira li jnissel tbissima fost it-telespettaturi.





Intom se ssegwuh dan il-film il-ġdid ta’ Klassi Għalina?

Ritratti: Facebook / Klassi Għalina



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI