Kull għodwa Dr. Frank Portelli jħabbar fuq il-paġna tiegħu idea dwar kemm qed nistennew każijiet pożittivi għal dak il-jum.
Dal-aħħar kien qed ikollna numru b'tlett figuri kontinwament u milli jidher dan se jerġa' jiġri llum. Skont Dr. Portelli l-ammont ta' każijiet pożittivi diġà qed joqrob il-mija sa dalgħodu. Wara l-każijiet ta' mwiet li qed nisimgħu t-tabib iwiddeb biex noqogħdu aktar kawtela. "Tieħduhiex drawwa li jkollna dal-figuri inkella se npattu b'ħajjitna"
Kif ngħidu dejjem in-numru uffiċjali ta' każijiet jitħabbar fuq il-paġna saħħa fin-12:30pm.