Mument mill-isbaħ għall-familja ta' Sefora, magħrufa permezz tal-paġna Diego & Us, hekk kif iċ-ċkejken Davide, l-iżgħar membru tal-familja, irċieva s-sagrament tal-magħmudija. Hi qasmet diversi ritratti mill-isbaħ fuq il-mezzi soċjali, li juru lill-familja f'din l-okkażjoni tant speċjali għalihom.
Ir-ritratti juru l-għaqda u l-imħabba li hemm bejn il-membri tal-familja, hekk kif flimkien iċċelebraw pass importanti fil-ħajja taċ-ċkejken Davide. Sefora hija magħrufa għall-mumenti mill-ħajja tagħha li taqsam mas-segwaċi fuq il-mezzi soċjali, u din id-darba kellha okkażjoni tassew sabiħa x’tiċċelebra.
Ċertament, dawn huma memorji prezzjużi li Sefora u l-familja tagħha se jibqgħu jgħożżu, u li Davide nnifsu jkun jista’ jħares lura lejhom meta jikber. Minn qalbna nawguraw liċ-ċkejken Davide u lill-familja kollha f’din l-okkażjoni speċjali!
Facebook / Diego & Us