“Sena Minn Meta Żżewwiġt Lill-Mara Sabiħa Tiegħi” – Keith Panelli

Id-DJ Keith Panelli u l-kontestanta tal-X Factor Yazmin F. Helledie għalqu sena minn meta huma qalu s-signor si. Keith kiteb messaġġ mill-isbaħ b’dedikazzjoni lill-martu f’dan il-jum speċjali għalihom.

“Awguri fl-ewwel sena anniversarju miż-żwieġ tagħna,” hu kiteb. “Sena minn meta żżewwiġt lill-mara sabiħa tiegħi, l-akbar ħabiba, u soulmate tiegħi.”

“Fik insib il-kuntentizza u l-imħabba għal dejjem u ninsab verament eċċitat biex ngħix il-bqija ta’ ħajti miegħek.”

Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nixtiequ nagħtu l-awguri tagħna fl-anniversarju ta’ din il-koppja ħelwa.





Facebook/Keith Panelli



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI