David u Victoria Beckham, il-koppja għadhom kif iċċelebraq is-26 anniversarju taż-żwieġ tagħhom, u Victoria qasmet messaġġ emozzjonanti biex tfakkar din il-ġurnata speċjali.
Id-disinjatriċi tal-moda u eks-membru tal-Spice Girls kitbet, “Sena oħra, kapitlu ieħor fl-istorja ta’ mħabba tagħna. Jien kbura ħafna bil-familja sabiħa u l-ħajja li bnejna flimkien. Int u l-erba’ ulied straordinarji tagħna tikkumplimentawni. Inħobbok ħafna David. Għal 26 sena oħra!!”
View this post on Instagram
Il-koppja, li żżewġet fl-1999, saret simbolu ta’ mħabba li ddum fid-dinja taċ-ċelebritajiet, u jidher li r-rabta bejniethom qiegħda biss tissaħħaħ maż-żmien. Matul is-snin, mhux biss bnew karrieri b’saħħithom, imma wkoll rabbew familja magħquda ta’ erba’ wlied, Brooklyn, Romeo, Cruz, u Harper.
Kemm jekk qed jivvjaġġaw madwar id-dinja, jappoġġjaw il-passjonijiet ta’ xulxin, jew sempliċement igawdu mument kwieti flimkien, il-Beckhams jibqgħu juru li l-impenn u l-imħabba jistgħu verament iwasslu ’l bogħod.
Awguri!
Instagram / Victoria Beckham