Serata B’4 Klassiċi Ta’ Awturi Maltin Eċċelenti

Ġorġ Peresso, Lino Grech, Ġuże Chetcuti u Charles Clews żgur li m’għandhom bżonn l-ebda introduzzjoni u anqas ix-xogħolijiet tagħhom. Freespirit Acting ħa itella’ żewġ serati fl-20 u 21 ta’ Lulju fil-Valletta Campus Theatre bħala parti mill-Evenings on Campus tal-2019. Id-direzzjoni Dominic Said u Anthony Ellul, żewġ veterani fl-industrija lokali.

L-Infern Jista’ Jistenna ta’ Ġorġ Peresso inkitbet bħala radio play u ħa tiġi addatata għall-palk. Il-karattru prinċipali kien ħaseb li ħa jidħol sparat il-ġenna imma isib ostaklu iebes u jibda jirrifletti ftit fuq ħajtu. Tgħid għal liem konklużżjoni jasal?

Inkisritlu l-Ponta ta’ Lino Grech tlaqqana ma’ Ponzju, raġel għażżien u ma jridx jaħdem, u jara kif jisloħ xi ħaġa mill-għarusa tiegħu. Meta titilqu jipprova jara kif se jagħmel biex jidħol il-ħabs forsi minn hemm jiekol bukkun. Iżda l-pjan tiegħu ma jseħħx u jidħol fi skoss inkwiet.

It-Tieġ Ta’ Karmen Abdilla ta’ Charles Clews waħda minn dawk li sinonimi mat-tijatru Malti Kummiedja tajba, mexxejja u tirrifletti l-karattri u l-kultura ta’ meta l-Maltin kienu jifirħu b’kollox speċjalment b’xi tieġ. It-tieġ Malti kien famuż u s-seher tiegħu jibqa’ ħaj, jgħaddi kemm jgħaddi ż-żmien.

Il-Mandraġġara ta’ Ġuże Chetcuti hi waħda mill-aktar xogħolijiet kontroversjali ta’ Chetcuti. Ambjentata wara t-Tieni Gwerra Dinjija fejn il-faqar f’Malta kien jirrenja. Chetchuti ħoloq ambjent fejn il-passjoni tal-bniedem ħafna drabi ma tistax tiġi kkontrollata.

Għal dawk kollha li jħobbu t-teatru Malti u l-letteratura Maltija għandhom xalata b’dawn ix-xogħolijiet u l-fatt li ġew fdati f’idejn żewġ diretturi ta’ stoffa, juri li kull min ħa jattendi ħa jgawdi minn spettaklu mill-aqwa.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI