“Sigħat Twal Ta’ Ħidma Sarfu F’Din Ir-Rebħa… Int Leġġenda, Lisa!” – Philippa Naudi

Dalgħodu bosta kienu dawk li fuq il-midja soċjali ferħu lill-kantanta bravissima Lisa Gauci wara li lbieraħ ġiet iddikjarata bħala r-rebbieħa tal-ħames staġun ta’ X Factor Malta.

Fost dawk li ferħulha kien hemm Philippa Naudi li minbarra li kienet waħda mill-membri tal-ġurija, kienet ukoll il-mentor tagħha matul dan l-istaġun.

Hi ddeskriviet lill-kantanta ta’ 19-il sena bħala “leġġenda” u esprimiet is-sodisfazzjon tagħha li “sigħat twal ta’ ħidma sarfu f’din ir-rebħa”. Philippa temmet tistqarr li tinsab entużjasta ferm sabiex fil-futur qrib tisma’ iżjed mużika mingħand Lisa.

Nawguraw lil Lisa għal dan is-suċċess fil-karriera mużikali tagħha!







Ritratti:

Instagram / Philippa Naudi u Facebook / Lisa Gauci

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI