Skopri Wħud Mill-Isbaħ Palazzi F’Malta U Lil Hinn Minnha Permezz Ta’ Dinja Virtwali Mżewqa Bil-Mużika U L-Arti

Fadal inqas minn ġimgħa biex jibda t-Three Palaces Festival, organizzat minn Festivals Malta! Id-differenza hi li din is-sena, dan il-festival ser jiġi mxandar totalment online għall-ewwel darba. Imma x’tistgħu tistennew minn dan il-festival tant prestiġjuż?





Michelle Castelletti, d-direttur artistiku tat-Three Palaces Festival, tgħidilna li din is-sena, ser ikollna l-privileġġ li niskopru d-dinja virtwali u ingawdu palazzi uniċi. Kif?! Permezz tal-immaġinazzjoni tagħna flimkien mat-tekonoloġija! Dinja surreali, li tinkludi l-mużika klassika, dik jazz kif ukoll kontemporanja, iż-żfin, l-arkitettura u l-arti, u ħafna aktar.



Dan il-festival viżiv minn dejjem kien magħruf għall-importanza li jagħti lill-arkitettura Maltija, speċjalment lill-knejjes u l-palazzi grandjużi li jżewqu ‘l gżejjer tagħna. Bħala parti mill-programm li hemm ippjanat, intom tistgħu iżżuru l-Mużew tal-Arkeoloġija, il-Kon-Katidrall ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta, u l-Palazz grandjuż ta’ San Anton, fost oħrajn. Imma mhux biss! Din is-sena, minkejja li din il-pandemija qed iżżomna milli nimirħu fuq avventuri barra minn Malta, dan il-festival ser jkun qed jieħu lis-segwaċi tiegħu ġo diversi binjiet storiċi fl-Ingilterra.

Il-prestazzjonijiet li wieħed jista’ jistenna huma Transformations & Translations (b’kollaborazzjoni mal-Valletta Cultural Agency u Heritage Malta) mid-diżinjatur tal-alta moda Malti Luke Azzopardi, The l’Isle Adam Choir Books (b’kollaborazzjoni mal-Valletta Cultural Agency u is-Saint John’s Co-Cathedral Foundation), spjegazzjoni ta’ kotba ta’ arti illuminata li jgħinuna naprezzaw il-wirt storiku tagħna l-Maltin, Out of the Cage (b’kollaborazzjoni mal-Valletta Cultural Agency u Malta Society of Arts u Arts Council Malta )li jinkludi mużika tal-kompożitur Malti Ruben Zahra flimkien mal-pjanista eċċellenti Trisha Dawn Williams, Heiligenstadt … Another World Inside (b’kollaborazzjoni mal-Valletta Cultural Agency) li tikkonsisti f’narattiva ta’ żfin ispirat mit-Testment tal-Heiligenstadt ta’ Beethoven u Ludwig Van Beethoven Coriolan Overture (b’kollaborazzjoni mal-Valletta Cultural Agency, l-Orkestra Filarmonika ta’ Malta u Dar il-Mediterran Għall-Konferenzi), kunċert mill-Orkestra Filarmonika ta’ Malta. Apparti minn dawn, ser ikun hemm ukoll Chamber Music at the Palace, kunċert bil-kollaborazzjoni tal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta taħt il-patronċinju tal-President, kif ukoll Forgotten Fragments of a Symphony Horror, xogħol artistiku teatrali li jiċċelebra il-film klassiku ta’ Nosferatu.

Il-Prestazzjonijiet miġbudin l-Ingilterra huma ORA Singers – Re-Imaginings fil-knisja ta’ San Pietru ġewwa Vauxhall, li jlaqqana ma’ kor b’talent eċċezzjonali, Joby Burgess – Powerplant (b’kollaborazzjoni mal-Oxford Festival of the Arts u The North Wall Arts Centre) b’mużika perkussiva minn artist ta’ fama internazzjonali, u Giants of Jazz – Ronnie Scott’s All Stars li huwa ċ-ċentru tal-mużika Jazz fl-Ingliterra.

Qabbadnikom ftit kurżità? Il-Festival ser jiġi imxandar totalment b’xejn fuq il-Paġna ta’ Facebook tat-Three Palaces u fuq il-YouTube Channel ta’ Festivals Malta, bejn is-6 u l-15 ta’ Novembru! Kull prestazzjoni tibda’ fit-20:35. Biex tkun taf aktar dwar dan l-avveniment idħol fuq www.festivals.mt/thethreepalaces

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI