“Żjara sorpriża u sabiħa minn Sr Michaela Paris,” kiteb is-Sindku tal-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta, Alfred Zammit, fuq Facebook.
Żied jgħid, “Tlabna flimkien u ġabet magħha paċi kbira. Grazzi minn qalbi.”
Sr Michaela, li hi soru tal-Ursolini, magħrufa għall-enerġija pożittiva u vibranti tagħha. Dan il-mument li qasmet ma’ Zammit, kif iddeskrivieh hu, huwa xhieda ta’ dan.