Studenti Jħawlu Siġra Biex Ifakkru L-Memorja Tal-Mibki AJ Li Ħalla Din Id-Dinja Ta’ 13-Il Sena

Studenti mid-disa’ sena tas-Seminarju tal-Arċisqof ħawlu siġra taż-żebbuġ sabiex ifakkru l-memorja tal-mibki AJ li sfortunatament ħalla din id-dinja ftit ġimgħat ilu fl-età ta’ 13-il sena wara li tilef il-ġlieda tiegħu kontra l-kanċer.

Fuq il-midja soċjali l-iskola sostniet li l-għan ta’ din is-siġra huwa li żżomm ħajja l-memorja ta’ AJ b’student partikolari jistqarr li kull meta jgħaddi minn quddiem din is-siġra dejjem jgħid talba b’risq il-memorja ta’ AJ.

Idħol HAWN sabiex issegwi l-mument meta tħawlet din is-siġra.



Kuraġġ lill-familjari ta’ AJ f’dan iż-żmien diffiċli!





Ritratti:

Facebook / The Archbishop’s Minor Seminary u Facebook / Puttinu Cares

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI