Ta’ 66 Sena Welldet L-Għaxar Wild Tagħha – Tgħid Li Ħarġet Tqila B’Mod Naturali!

Storja mhux tas-soltu li qed terġa’ ddur fuq il-midja soċjali hija dik ta’ Alexandra Hildebrandt, mara li fl-età ta’ 66 sena saret omm għall-għaxar darba!

Alexandra hija d-direttriċi tal-mużew Checkpoint Charlie f’Berlin il-Ġermanja, welldet tifel fid-19 ta’ Marzu 2025. Iċ-ċkejken Philipp twieled permezz ta’ ċesarja u kien jiżen madwar tliet kilos u nofs.

Alexandra sostniet li ħarġet tqila b’mod naturali, mingħajr ebda trattament tal-fertilità. Hija spjegat ukoll li tgħix ħajja attiva, tiekol ikel tajjeb għas-saħħa u tipprattika l-għawm regolarment.

Interessanti wkoll li tmienja mill-għaxar ulied tagħha twieldu wara li għalqet 53 sena! Minkejja r-riskji marbuta ma’ tqala f’età daqshekk avvanzata, it-tabib tagħha kkonferma li t-tqala għaddiet mingħajr kumplikazzjonijiet kbar.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI