L-istaġun tal-kaċċa tal-ħarifa qed ikompli, BirdLife Malta appellat dwar tajr tal-priża li jinsab fuq Malta, bħall-Ajkli tat-Tikek, Ajkla Bajda, Ċikonji Suwed, Astuni Suwed u Kuċċard.
"Numru ta' tajr tal-priża protett li jgawdi livell għoli ta' protezzjoni, u li kien qed jiġi segwit bil-GPS inkella permezz ta' ċrieket tal-kulur biex tiġi studjata l-passa tiegħu, fl-aħħar jiem sparixxa hekk kif wasal fuq Malta."
Dan l-aħħar, dawn l-ispeċi spiċċaw fil-mira tal-kaċċa illegali. BirdLife żiedu li l-istaġun tal-kaċċa minn fuq il-baħar infetaħ mill-1 ta' Ottubru. Bħalissa ħa tiġi diskussa proposta tal-Federazzjoni Kaccaturi Nassaba Konservazzjonisti - FKNK biex id-distanza ta' 3 kilometri minn fuq il-baħar tonqos għal kilomteru (1 km).