Tgħid Se Naraw Il-Figolli Ta' Big Brother Din Is-Sena? – Marvic Joħroġ B'Idea Mill-Isbaħ!

Ftit tal-ħin ilu, ftit mir-residenti bdew jiddiskutu l-fatt li llum huwa l-ewwel jum tar-Randan u Marvic ħareġ bl-idea li forsi r-residenti ta' Big Brother Malta jagħmlu l-figolli minn ġewwa d-dar ta' Big Brother Malta bil-forma tal-għajn.

L-idea hija li r-residenti jagħmlu l-figolli u jużaw il-ħin tagħhom b'mod utli. Iżda mhux biss, Marvic għaddha s-suġġeriment li dawn il-figolli jmorru għall-karità fejn jinbigħu minn xi entità jew oħra bil-flus imorru għal għan nobbli.

Marvic semma' possibilment jingħataw lil xi sorijiet biex dawn jitfgħu dawn il-figolli għall-bejgħ u bil-flus li jagħmlu minnhom ikunu jistgħu jgħinu lit-tfal. Ikollna nammettu li hija idea mill-isbaħ. Nittamaw li Big Brother, li jisma' u jara kollox jiddeċiedi li jattwa din l-idea.



Żgur li jkun hawn ħafna imħajrin jixtru figolla li nħmiet ġewwa d-dar ta' Big Brother Malta.

Instagram / Marvic Cam

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI