Għalkemm għadna f'nofs il-ġimgħa, ħafna minna diġà qed jaħsbu dwar il-pjanijiet ta' tmiem il-ġimgħa speċjalment meta wieħed irrid jara x'ħa jagħmel eżatt minħabba l-pandemija. Uħud min-nies qed jippreferu jmorru xi mixja fil-kampanja imma jidher li aħjar dak li jkun jaħseb f'attivitajiet li jista' jagħmel ġewwa!
View this post on Instagram
Id-deċiżjonijiet tagħna żgur ħa jibdew iduru madwar it-temp, mil-lum sal-Ġimgħa, għandna nistennew temp imsaħħab b'aktar sħab, b’temperaturi li jilħqu l-ogħla ta’ 24°Ċ u l-inqas 16°Ċ. Imma jidher li t-temp ħa jieħu vija oħra nhar is-Sibt li ġej, ma' t-tmiem il-ġimgħa!

Ritratt: maltairport.com
Wieħed jista' jara li hemm previst il-possibilità ta' xita għal tmiem il-ġimgħa kollha mis-Sibt sa nhar it-Tnejn. It-temperaturi se jilħqu l-ogħla ta' 22°Ċ u l-inqas jibqgħu ta' 16°Ċ bil-forza tar-riħ titla' ftit nhar is-Sibt għal Forza 5 u wara jmut għal Forza 2/3.
View this post on Instagram
Instagram / selphiepics