The Alchemists ħabbru l-ħruġ tal-kanzunetta l-ġdida tagħhom, Unbreakable, li se tkun qed tinħareġ uffiċjalment is-Sibt li ġej. F’kitba fuq il-midja soċjali, il-band spjegat kif ftit ġimgħat ilu ġiet mistiedna tikteb kanzunetta speċjali, u sa mill-ewwel nota ddedikat qalbha u ruħha biex twassal l-istorja wara dan il-proġett.
Unbreakable inkitbet bħala ċelebrazzjoni tal-atleti, il-para-atleti u l-familji tagħhom li jkunu magħhom f’kull pass tal-vjaġġ tagħhom. Il-kanzunetta hija ġieħ għar-reżiljenza, id-determinazzjoni u s-saħħa, filwaqt li twassal il-messaġġ li persuna għandha titqies għall-potenzjal bla limitu tagħha aktar milli għal kwalunkwe limitazzjoni.
Matul il-proċess kreattiv, il-membri tal-band kellhom ukoll l-opportunità jiltaqgħu mal-eks President ta’ Malta, Marie-Louise Coleiro Preca, fejn qasmu diskussjoni dwar il-mużika, l-inklużjoni u l-qawwa tal-isport biex ibiddel il-ħajja tan-nies.
The Alchemists irringrazzjaw lill-The Malta Trust Foundation għall-ispirazzjoni u l-pjattaforma li pprovdiet biex din il-kanzunetta tkun possibbli, filwaqt li għenet biex tinqasam l-istorja tal-proġett ISPORT+ f’kollaborazzjoni mal-Malta Paralympic Committee.
Il-band qalet li tinsab eċċitata biex finalment taqsam din il-kanzunetta mal-pubbliku, hekk kif Unbreakable se tkun disponibbli mis-Sibt
Facebook / The Alchemists