“Tibda L-Ewwel Paġna Tal-Vjaġġ Tiegħek Fil-Kindergarten. Kemm Qed Tikber Malajr, Ċkejken Tagħna” – Janice Busuttil

Giuseppe Ilwien

Fl-aħħar sigħat Janice Busuttil qasmet messaġġ mill-isbaħ lil binha Giuseppe hekk kif wasal mument importanti ieħor fil-ħajja tiegħu.

Hekk kif it-tifel jinsab lest biex jibda l-kindergarten, ommu rriflettiet fuq it-tliet snin li għaddew, mimlija mħabba, tbissim u memorji sbieħ.

F’messaġġ mill-isbaħ, Janice kitbet: “Illum qed tpinġi bil-kuluri… It-Tnejn tibda tpinġi l-futur tiegħek.”

Hi kompliet tesprimi l-emozzjonijiet tagħha hekk kif Giuseppe se jibda kapitlu ġdid fil-vjaġġ tiegħu: “Tliet snin ta’ mħabba, tbissim u memorji, u issa wasal iż-żmien għal avventura ġdida.”

Janice qalet ukoll li “It-Tnejn tibda l-ewwel paġna tal-vjaġġ tiegħek fil-kindergarten”, filwaqt li b’ħafna mħabba temmet tgħid: “Kemm qed tikber malajr, ċkejken tagħna.”

Ritratti:

Facebook/ Janice Busuttil

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI