Il-familja ta’ tifel ta’ erba’ snin li tilef liż-żewġ ġenituri tiegħu fi żmien 100 jum mill-Coronavirus fl-Istati Unit qed jaraw kif ħa jferrħuh f’għeluq sninu peress li dan ħa jkun l-ewwel wieħed ‘il bogħod mill-ġenituri tiegħu.
Raiden Gonzalez is just four and has already suffered immense loss after COVID-19 claimed both of his parents. I spoke with him and other family members. I’ll have his story at 9 and 10 pic.twitter.com/0T3kamUeCK
— Alejandra Guzman (@AlejandraG_TV) November 13, 2020
F’Ġunju, missier Raiden Gonzalez, Adan, marad bil-Coronavirus wara li kollega ttestjat pożittiv. Adan, iddaħħal l-isptar ftit wara, qabel ma miet bil-virus fis-26 ta’ Ġunju fl-età ta’ 33. Skony in-nanna tat-tifel ta’ erba’ snin, Rozie Salinas, li tkellmet ma’ NBC News, Mariah omm Raiden, kienet għadha qed tibki t-telfa ta’ żewġha f’Ottubru, meta mietet ħabta u sabta.
Next week, Raiden turns five. His Nana is asking for everyone to rally around the young man to help celebrate with a drive-by ‘Roar and Wave’ parade to help lift his spirits. 🦖🦕 pic.twitter.com/rtbwQ5x4m4
— Alejandra Guzman (@AlejandraG_TV) November 13, 2020
Hija mietet f’daqqa fil-5 ta’ Ottubru, sigħat wara li bdiet tħossha marida, qalet Salinas, bl-isptar wara jinforma lill-familja li l-mara ta’ 29 sena kien ittestjat pożittiv għall-Coronavirus ukoll. In-nanna tat-tifel tgħid, “Huwa jimmissja lil ommu peress li kien tifel tal-mamà. Propju dalgħodu qalli li jixtieq li jkollu lil ommu lura u riedha biss lura.”
In-nanna b’niket tgħid, “X’taqbad tgħidlu? Allura għidtlu biss li issa huma anġli qed iħarsuna u jipproteġuna.”