“Tifkira Ta’ Don’t Stop Me Now 17-il Sena Ilu” – Eileen Montesin U Kurt Calleja Fi Żmien Don’t Stop Me Now

Eileen Montesin

Lill-kantant lokali Kurt Calleja rajnieh jaħdem ma' Eileen Montesin f'diversi produzzjonijiet tagħha. Fosthom hemm Deja Vu fejn kellu anke diversi xeni fl-ewwel staġun b'mod partikolari, u anke f'Don't Stop Me Now.

Ftit ilu Kurt jidher li bagħat tifkira lil Eileen fejn jidhru on set waqt filming relatat ma' Don't Stop Me Now. "Bonġu. Għadni kemm irċevejt dan ir-ritratt mingħand il-ħabib tiegħi Kurt Calleja. Tifkira ta' Don't Stop Me Now 17-il sena ilu," kitbet Eileen.

Dawn huma mumenti sbieħ li ċertament iġeddu ħafna memorji, u jfakkru dwar il-ħidma li tkun saret matul is-snin għat-televiżjoni lokali.

Ritratt:

Facebook/ Eileen Montesin

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI