Timmaġinak tiċċelebra t-73 sena miżżewweġ jew miżżewwġa lil xi ħadd? Ir-Reġina Eliżabetta issa għandha 94, u l-Prinċep Philip għandu 99. Dan ifisser li għada se jkunu qed jiċċelebraw 73 sena miżżewġin!
Il-paġna tal-Familja Rjali fuq Facebook żvelat ritratt biex tfakkar dan l-anniversarju uniku.
Fir-ritratt ir-Reġina u d-Duka jidhru jħarsu lejn card tal-anniversarju magħmula mill-Prinċep George, il-Prinċipessa Charlotte u l-Prinċep Louis, flimkien ma’ cards u ittri oħra mibgħuta minn ħaddieħor.
Taf b’xi koppja li damu daqshekk miżżewġin? Iktbilna fil-kummenti!
Facebook/The Royal Family