Il-paġna Dipartiment tal-Informazzjoni ppubblikat dwar aġġornament rigward ix-xogħol li sar fi Triq Ta’ Mannar, ix-Xagħra.
Huma ppubblikaw anke ritratt dwar il-progress li sar fit-triq, kif ukoll ħabbru dak li sar u l-proċess li seħħ biex waslu s’hawn.
“Titlesta Triq Ta’ Mannar, ix-Xagħra – ir-raba’ triq residenzjali minn mija mwegħdin fi 3 snin għal Għawdex. Fi Triq Ta’ Mannar, ix-Xagħra ngħata madwar 2,500 metru kwadru ta’ tarmak wara li nbidlu s-servizzi tal-ilma permezz ta’ żewġ mejnijiet ġodda, tpoġġa l-high tension cable tal-Enemalta kif ukoll inbidlet parti sostanzjali tad-drenaġġ ta’ din ż-żona.”
Prosit tal-ħidma!