Tlett Itfal Maltin Jiksbu Post Fis-Semifinali Ta’ Zecchino D’Oro

Tlett itfal Maltin għadhom kif għamlu lil pajjiżna verament kburi hekk kif irnexxielhom jaslu sas-semifinali ta’ wieħed mill-iktar festivals prestiġjużi fl-Ewropa.

PBS Malta ħabbru, “Minn ‘il fuq minn elf applikazzjonijiet ġejjin minn madwar id-dinja kollha, Beppe Caruana, Eve Tonna, u Luke Pavia bi kburija rnexxielhom jiksbu post fis-semifinali tal-festival prestiġjuż Zecchino d’Oro. Din il-kisba brillanti waslet wara diversi awdizzjonijiet li seħħew Sqallija, b’kollaborazzjoni mal-PBS, Arts Council Malta, u Ragusa Xpress. Malta b’hekk kisbet tliet postijiet f’wieħed mill-iktar festivals maħbubin tat-tfal fl-Ewropa.”

Nawgurawlhom mill-qalb għal dawn ir-riżultati eċċellenti! Id-determinazzjoni tagħhom u l-imħabba tagħhom lejn il-kant u l-mużika dehru ċari. Se nibqgħu nappoġġjawhom sal-aħħar ta’ dan il-festival!





Facebook / Zecchino d’Oro u PBS Malta



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI