Tliet Binjiet U 49 Appartament F’Londra – Puttinu Jkompli Jgħin Lill-Pazjenti Maltin Barra Minn Malta

Puttinu Cares

Il-Fondazzjoni Puttinu Cares ħabbret li hekk kif jitlesta l-proġett il-ġdid tagħha fiċ-ċentru ta’ Londra, se jkollha tliet binjiet fl-Ingilterra b’total ta’ 49 appartament biex jintużaw minn pazjenti Maltin u l-familjari tagħhom waqt li jkunu qed jirċievu kura.

F’messaġġ fuq il-midja soċjali, il-fondazzjoni spjegat li dawn l-appartamenti se jingħataw b’xejn lil dawk li jkollhom bżonn joqogħdu l-Ingilterra għal trattament mediku, sabiex il-pazjenti u l-qraba tagħhom ikollhom fejn joqogħdu f’mument diffiċli.



Skont Puttinu Cares, kull xahar bejn 60 u 90 pazjent jitilgħu l-Ingilterra biex jirċievu kura speċjalizzata, ħafna drabi akkumpanjati mill-familjari tagħhom.



Il-fondazzjoni appellat lill-pubbliku biex ikompli juri solidarjetà ma’ dawn il-pazjenti u l-familji tagħhom, u tħeġġeġ lill-poplu Malti biex ikun ta’ sostenn f’dawn iċ-ċirkostanzi.

Fl-istess messaġġ, Puttinu Cares fakkret ukoll fil-ġbir ta’ fondi li jsir waqt il-Ġimgħa l-Kbira, u ħeġġet lin-nies biex jiftakru fil-ħidma tal-fondazzjoni u joffru l-appoġġ tagħhom.



Ritratti:

Facebook / Puttinu Cares

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI