“Tliet Snin Ta’ Mħabba” – Gaia Tiċċelebra Għeluq It-Tliet Snin Tal-Kelb Tagħha Woody

Gaia Cauchi qasmet mument ħelu mas-segwaċi tagħha hekk kif iċċelebrat it-tielet għeluq snin tal-kelb maħbub tagħha, Woody. F'post mimli mħabba fuq il-midja soċjali, Gaia sellmet lil Woody b'messaġġ ħelu fejn qalet, "tliet snin ta' mħabba."

Il-kantanta, li ta' spiss taqsam mumenti mill-ħajja personali tagħha, uriet għal darb'oħra r-rabta speċjali li għandha mal-kelb tagħha, li sar favorit ukoll fost is-segwaċi tagħha. Il-post ġab miegħu għadd ta' kummenti u awguri mingħand is-segwaċi tagħha, li ngħaqdu magħha biex jiċċelebraw dan il-jum speċjali għal Woody.

Minn naħa tagħna, nawguraw lil Woody għeluq sninu t-tajjeb u ħafna aktar snin mimlijin saħħa, logħob u mħabba!

Ritratti:

Facebook / Gaia Cauchi

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI