Anthea Zammit sellmet il-memorja ta’ Ms Olivia permezz ta’ messaġġ emozzjonanti fuq il-midja soċjali, fejn iddeskrivietha bħala l-mara li ħalliet impatt f’kull aspett ta’ ħajjitha.
Fil-messaġġ tagħha, Zammit irringrazzjat lil Ms Olivia tal-lezzjonijiet li għallmitha matul is-snin, fosthom id-dixxiplina, l-impenn, l-ambizzjoni u l-passjoni. Hija spjegat kif kienet dejjem temmen fiha u kif nisslet fiha mħabba kbira lejn iż-żfin.
“Mhux biss għallmitni nkun żeffiena, iżda għallmitni nkun għalliema,” kitbet Zammit, filwaqt li fakkret kif Ms Olivia kienet mentor tagħha għal għoxrin sena sħaħ.
Hija ddeskrivietha bħala t-tieni omm li bidlet l-istudjo taż-żfin f’dar u li għenet biex jinbnew ħbiberiji li baqgħu sodi matul is-snin. Zammit saħqet ukoll li qatt ma ltaqgħet ma’ persuna b’tant passjoni ġenwina għall-ballet u għall-istudenti tagħha.
Temmet il-messaġġ tagħha billi qalet li se tibqa’ ġġorr lil Ms Olivia f’qalbha għal dejjem, filwaqt li sostniet li d-dinja tilfet waħda mill-isbaħ erwieħ. Nagħtu l-kondoljanzi sinċieri tagħna lill-familja, il-ħbieb u lill-istudenti kollha ta’ Ms Olivia f’dan iż-żmien diffiċli.
Facebook / Anthea Bonnici Zammit