Diversi segwaċi tas-sit tagħna għamlu kuntatt magħna dwar paniku li hawn fit-toroq Maltin speċjalment lejn in-naħa ta’ Tas-Sliema. Jidher li diversi nies inġabru u qed jistennew fi kjuwijiet twal sabiex jakkwistaw xi prodotti bl-irħis.
Mingħajr ma nsemmu postijiet ta’ ħwienet partikolari, waslulna diversi rapporti li jidher li kien hemm ħwienet imballati bin-nies u anke Tas-Sliema b’mod ġenerali. Jidher li ħafna nies, iddeċidew li jagħmlu x-xiri tagħhom proprju f’dan il-jum.
Kien hawn diversi ħwienet li bdew kampanja ta’ Black Friday u flok l-offerti ħallewhom għal jum wieħed biss, estendew għal ftit jiem, għal ġimgħa sħiħa jew saħansitra kien hemm min estendihom għal xahar sħiħ sabiex ma jinġabrux ħafna nies f’daqqa.
Fuq il-paġna ta’ Gerald Fenech, tela’ ritratt li juri l-ammont ta’ traffiku li hemm lejn tas-Sliema. Wieħed għandu jipprova jevita din l-area u dawk kollha li f’moħħhom għandhom li jmorru jixtru jaħsbuha ftit.
Id-dipartiment tas-saħħa ilu javża biex ma ninġabrux f’ħafna nies u kemm jistgħu jkun nevitaw il-folol. Ftakar li l-virus tal-Covid-19 ma jinteressahx kemm ħa tieħu skont għax illum black friday.