B’niket kbir ġiet magħrufa l-mewt tal-Professur Maurice Mullard (1946–2026) li ħalla din id-dinja fl-età ta’ 80 sena. Hu kien ħabib mill-qrib ta’ Malta u akkademiku distint fil-qasam tal-politika pubblika. Huwa studja fil-Lyceum bejn l-1958 u l-1963 u aktar tard kompla l-istudji tiegħu fir-Renju Unit, fejn sar Professur tal-Istudji tal-Politika fl-Università ta’ Hull u eventwalment Reader Emeritus fl-istess università.
Il-Prof. Mullard kellu karriera akkademika rikka, billi kiteb b’mod estensiv dwar il-politika ekonomika, l-infiq pubbliku, il-globalizzazzjoni, iċ-ċittadinanza u d-demokrazija, kif ukoll dwar il-kriżi finanzjarja tal-2008. Il-kontribut tiegħu kien kruċjali wkoll għall-gvern Malti, partikolarment fis-snin disgħin u mill-ġdid wara l-2013, meta pparteċipa f’reviżjoni komprensiva tal-infiq tal-gvern u f’riformi fil-ġestjoni finanzjarja pubblika.
Huwa għen ukoll fl-introduzzjoni ta’ politiki soċjali importanti bħal childcare b’xejn u in-work benefits, dejjem bil-prinċipju ta’ “Make Work Pay”.
Il-memorja tiegħu tibqa’ bħala akkademiku u ħabib ta’ Malta. Kondoljanzi lill-familja tiegħu.

Facebook/Ruth Brown