L-għalliema tal-mużika Gillian Attard li ftit jiem ilu kellha tagħmel operazzjoni saħqet li issa tinsab ħafna aħjar minkejja li dawn l-aħħar jumejn ma kinux faċli għaliha minħabba l-uġigħ li kienet qed tħoss.
“Issa pass pass sabiex nirpilja,” saħqet Gillian fejn esprimiet l-apprezzament tagħha lejn dawk kollha li awgurawlha fejqan ta’ malajr.
Hi ssemmi li mhux l-ewwel darba li għamlet operazzjoni iżda tistqarr li din l-operazzjoni partikolari ma kinitx faċli.
Nawgurawlha fejqan ta’ malajr!
Facebook / Gillian Attard