“Wara Kull Tbissima Jista’ Jkun Hemm Uġigħ. Tgħid Lil Ħadd Li Hu Perfett, Għax Kulħadd Għandu L-Istorja Tiegħu.” – Ivan Gaffiero

Ivan Gaffiero

Il-preżentatur Ivan Gaffiero huwa magħruf tant għall-pariri siewja u messaġġi pożittivi li ta’ spiss jaqsam mas-segwaċi tiegħu fuq il-midja soċjali.

Permezz tal-esperjenzi personali tiegħu, kif ukoll minn stejjer u sitwazzjonijiet li jisma’ jew isir jaf bihom fil-ħajja ta’ kuljum, Ivan dejjem jipprova jwassal kliem ta’ kuraġġ u riflessjoni lil dawk li jsegwuh.

Ħafna jqisu l-kliem tiegħu bħala motivazzjoni biex wieħed japprezza aktar il-ħajja u jifhem li kulħadd għaddej mill-isfidi tiegħu.

F’messaġġ li kiteb fuq Facebook, Ivan kiteb: “Bongu ħbieb, Wara kull tbissima jista’ jkun hemm uġigħ. Tgħid lil ħadd li hu perfett, għax kulħadd għandu l-istorja tiegħu. Għix ħajtek u apprezza kull mument. Nitolbu talba għall xulxin.”

Messaġġ sempliċi iżda mimli tifsira, li jfakkarna kemm għandna nkunu aktar ġentili ma’ xulxin.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI