“Membri Tal-Forzi Armati Ta’ Malta Ser Jirritornaw Lura Mil-Libanu” – Armed Forces Of Malta

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Armed Forces of Malta qasmu kelmtejn mas-segwaċi tagħhom rigward membri tal-Forzi Armati ta’ Malta li ser jirritornaw lura mil-Libanu.

Huma qalu, “L-ewwel grupp ta’ erba’ membri tal-Forzi Armati ta’ Malta li kienu qegħdin iservu man-Nazzjonijiet Uniti, telqu mil-Libanu u bħalissa jinsabu l-Irlanda, minn fejn ser jirritornaw Malta fil-jiem li ġejjin. Il-bqija tas-suldati ser jitilqu fi żmien qasir, u b’hekk tintemm il-kontribuzzjoni tal-Forzi Armati ta’ Malta mal-United Nations Interim Force in Lebanon (UNIFIL).”

Żiedu, “Saret ukoll ċerimonja sabiex tfakkar l-aħħar darba li l-Bandiera Nazzjonali ser tittajjar flimkien ma’ dik tan-Nazzjonijiet Uniti u ta’ pajjiżi parteċipanti oħra, kif ukoll l-aħħar darba li membri tal-Forzi Armati ta’ Malta ser jilbsu l-Blue Beret prestiġjuża tan-Nazzjonijiet Uniti taħt l-impenn attwali. Il-Forzi Armati ta’ Malta tirringrazzja lis-suldati kollha li pparteċipaw għas-servizz tagħhom, u tesprimi l-apprezzament tagħha lill-Forzi tad-Difiża Irlandiżi għall-appoġġ u l-kollaborazzjoni tagħhom.”







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI