Wara ħafna sagrifiċċji, iljieli twal ta’ studju, perseveranza u determinazzjoni, il-Membru Parlamentari Mariah Meli, qed tiċċelebra kisba, li timmarka kapitlu importanti f’ħajjitha.
Permezz ta’ messaġġ mill-qalb, l-MP qasmet il-ferħ tagħha, hekk kif kisbet l-‘Executive Master in EU Studies’ mill-istituzzjoni Centre international de formation européenne. Kisba bħal din ma tiġix waħedha. Warajha hemm sigħat twal ta’ ħidma, mumenti ta’ għeja u ħafna drabi s-sagrifiċċji ħadd ma jarahom imma hemm jkunu. Għaldaqstant, fl-aħħar dawk il-mumenti kollha ħallew il-frott għax ingħaqdu f’riżultat li għamilha kburija.
Meli għarfet ukoll tirringrazzja lil dawk kollha li kienu spalla għaliha matul dan il-vjaġġ, b’mod partikolari lill-familjari u lin-nies qrib tagħha talli emmnu fiha u tawha s-saħħa biex tkompli, għax wara kull ħolma li ssir realtà hemm storja ta’ kuraġġ, paċenzja u persistenza.
Fl-aħħar kif sostniet hi stess, meta temmen, tissagrifika u ma taqtax qalbek, l-ebda għan mhu ’l bogħod wisq u kollox hu possibbli.
Facebook/Mariah Meli