X’Taħseb Mill-Pjan Biex Jittella’ Torri Ta’ 33 Sular F’Paceville?

Pjanijiet għal torri ġdid ta’ 33 sular li għandu jinbena f’Paceville ġew sottomessi lill-Awtorità tal-Ippjanar.

Il-proġett, li huwa mifrux fuq xi 3,400sqm se jkollu “plaza miftuħa” biex jitħalla miftuħ għall-pubbliku, qal l-applikant, PX Lettings, fi stqarrija.





It-torri se jinkludi appartamenti fis-sulari ogħla tiegħu u ċentru tan-negozju fis-sulari t’isfel tal-bini, kif ukoll spazji għall-ħwienet tal-ħwejjeġ u ristoranti fis-sezzjonijiet pubbliċi tal-pjazza. 

Il-pjan s’issa għadu ma ġiex approvat. X’taħseb minn dan it-torri? Iktbilna fil-kummenti. 

Facebook/Malta Diżastru Totali



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI