Il-paġna ta’ Infrastructure Malta fuq il-midja soċjali żvelat li qed tuża 27,600 pjanta biex tagħti l-ħajja lill-itwal ġnien vertikali f’Malta, hekk kif dan l-investiment ambjentali ta’ €500,000 fil-Marsa-Ħamrun Bypass dalwaqt ikun lest.
Ħafna jidhru li ħadu gost b’dan il-proġett - wara kollox il-bniedem suppost jgħix qalb in-natura mhux qalb il-bini u l-konkrit. Iżda ħafna oħrajn jinsabu mħassba - x’se jiġri meta jkollna maltempati b’riħ qawwi li kapaċi jaqla’ u jkisser kollox?
U xi ngħidu għas-sħana kiefra tas-Sajf? Dawn il-pjanti se jieħdu ħsiebhom sew, jew se naraw li kollha spiċċaw nixfu u mietu sas-Sajf li ġej?
X’taħseb dwar dan il-ħajt ħadrani int? Iktbilna fil-kummenti.