Il-Preżentatur ta’ Xarabank Peppi Azzopardi huwa vera persuna romantika u poetika. Eżempju, Peppi jara li ta kuljum Mandy jkollha ikel għal nofsinhar, isajjar u jipprepara l-ikel hu. Proprju sentejn qabel beda Xarabank Peppi iżżewweġ lil Mandy. B’hekk illum 25 ta’ Ġunju, jaħbat l-anniversarju ta’ din il-koppja ħelwa. Ta’ kull sena bhala rigal lil Mandy jiktbilha poeżija.
Fl-2015 meta kienu għalqu 20 sena miżżewġin, Peppi kitbilha hekk:
“F’qalbi hemm folla
Ta’ int kullimkien
Int taf, qalb ta’ qalbi
Mingħajrek mhemmx jien…”
Din is-sena Peppi u Mandy jiċċelebraw 24 sena miżżewġin u Peppi ma naqasx milli jikteb poeżija oħra. Din is-sena Peppi kitbilha hekk:
Inti l-qalb ta’ qalbi
U qalbi, x’ħin tkun miegħi
qalbi tħabbat, qalbi
għax inti l-qalbi tiegħi
Għax inti l-qalbi tiegħi
Waħedna jew qalb folla
Inti l-qalb ta’ qalbi
Inħobbok b’qalbi kollha.
It-tim ta’ Gwida.mt jixtieq jawgura aktar snin feliċi lil din il-koppja! Peppi ser inkunu attenti għall-poeżija tas-sena d-dieħla!