“Xita Kontinwa Għal Sigħat Twal U R-Riħ Mill-Majjistral Qed Ilaħħaq Sa Forza 7” – X’Qed Jgħidu Dwar Dan It-Temp Li Baqa’ Jippersisti?

Il-maltemp ikompli jippersisti. Il-paġna Malta, News, Photos & People kitbet ftit ta’ aġġornament ta’ x’għaddej. Huma qal, “Ilha nieżla xita kontinwa għal sigħat twal u r-riħ mill-Majjistral qed ilaħħaq sa Forza 7. Is-sitwazzjoni preżenti se tippersisti sa tard filgħodu. Dak il-ħin it-temp jibda jaqleb għall-aħjar bil-mod.”

Il-paġna żiedet ukoll, “Ix-xita kontinwa tinbidel f’ħalbiet iżolati li jibdew jonqsu fil-frekwenza u intensità. Ir-riħ mill-Majjistral għall-Punent Majjistru se jibqa’ qawwi però se jibqa’ jlaħħaq Forza 7 sa wara nofsinhar, qabel jonqos u jsir Forza 5 għal 6. Iċ-ċans li s-sistema’ ta’ maltemp tibdel id-direzzjoni għadda.”

Huma kitbu, “Ġara dak li kien ilna ntennu. Jiem ta’ maltemp normali. Mhux l-istess jista’ jingħad għal Sqallija, sfortunatament, li bħalissa qed jintlaqtu minn irwiefen u xita torrenzjali. Ħudu ħsieb u suqu bil-galbu. Komplu evitaw li tħallu l-vetturi f’inħawi li jżommu l-ilma.”





Mill-banda l-oħra l-paġna l-Aġġornament tat-Temp kitbet, “Ebda riħ qawwi aktar mhu previst li jmissna. Il-Majjistral dam aktar minn dak previst biex ħa post il-Grigal 6 sigħat. Li jfisser ser idum aktar qawwi minn dak previst.”

Huma jgħidu, “Fuqna tibqa’ arja instabbli u bix-xita speċjalment dalgħodu. Ta’ min jirrimarka li Ottubru tana d-doppju xita mil-medja u mis-snin preċedenti però ta’ min ifakkar li Settembru kien xott. Sfortunatament Ottubru ta daqqa kbira lis-sajjieda li jmorru għal-lampuki, kawża ta’ ġranet kontinwi bir-riħ qawwi.”



Tajjeb li dak li jkun jieħu ħsieb aktar minn qatt qabel għalkemm jidher li t-temp ħa jiftaħ!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI