"YADA M'Għandhiex Bżonn Ir-Rikonoxximent U L-Karità Ta' Xi Istituzzjoni Oħra. Qed Nippjanaw Rimonta…" – Felix Busuttil

Felix Busuttil ħalla messaġġ ta' tama u kuraġġ, fejn fl-istess ħin esprima ħsibijiet dwar il-fatt li Yada 'N Heels ma tħallewx jikkompetu f'semi-finali oħra iżda minflok daħal xi ħadd ieħor.

Hu kiteb, "Ħasra kbira YADA 'N HEELS ma ngħatawx post ġust fil-kompetizzjoni u ġew sostitwiti - il-post tagħhom fil-kompetizzjoni kien ġustament tagħhom. Ħadmu ħafna għalih u ntgħażlu u ma kienx it-tort tagħhom li din l-opportunità ttieħditilhom - kienet minħabba ċ-ċirkostanza sfortunata enormi miġjuba minn virus li mhux biss qed jaffettwa l-YADA iżda li seta affettwa lill-ġurija, il-parteċipanti l-oħra, il-maniġment tal-MGT u lil kulħadd. Dan kien inġust."

Felix ikompli jgħid, "Madankollu wara 40 sena ta' eċċellenza u eżistenza ta' YADA, YADA m'għandhiex bżonn ir-rikonoxximent u l-karità ta' xi istituzzjoni oħra. YADA waqfet fuq saqajha f’kull diffikultà - tul iż-żmien..." Hu jfaħħar iż-żeffiena tiegħu li dejjem baqgħu mexjin u rebħu fuq kull maltempata.



<p. "Fuq nota personali, jien dejjem iġġildt lura għax nemmen li l-YADA kienet kapitlu splussiv qawwi fil-kotba storiċi taż-żfin tan-nazzjon tagħna ... YADA kienet u hija rivoluzzjoni." Hu jistqarr li bħala l-kaptan tagħha, hu jibqa' jiġġieled għall-imħabba li għandu lejn l-arti taż-żfin! Hu jassiguraw li dan mhux it-tmiem ta' Yada 'N Heels għax jidher li qed jippjanaw rimonta.

Facebook / Felix Busuttil

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI